Illum jaħbat il-Halloween. Hawn min iħobb jiċċelebrah u hawn min iqisu bħala festa mxajtna.

Dun David Muscat, fuq Facebook, qasam ritratt ta’ tfal lebsin ta’ anġli u qaddisin hekk kif qed joqrob Jum il-Qaddisin.

Huwa saħaq li t-tfal hekk huma, u mhux kif jilbsu ta’ Halloween. Żid jgħid li meta dan il-Halloween jiġi ċċelebrat inkunu qed nistiednu l-periklu.

It-tfal huma anġli u qaddisin u mhux xjaten jew sħaħar jew katavri imnawrin. Lil ta’ denbu twil tifirxulux it-tapit meta tbexxqu il-bieb ta’ ruħ iċ-ċkejknin għax ħerba jagħmel u tibqa bl-għali għomrok kollu

Inti taħseb li t-tfal ma għandniex inlibsuhom ta’ Halloween?

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks