Ir-rapper Takeoff, mill-band Migos, inqatel b’tiri fi Houston, skont rapporti tal-midja Amerikana.
L-istilla, li ismu propja kien Kirshnik Khari Ball, kellu 28 sena.
Fl-2008, Takeoff beda jkanta flimkien ma’ Quavo u kuġinuh Offset. Mill-isem oriġinali tagħhom Polo Club, it-trio bidlu isimhom għal Migos.
Il-band, li sseparat aktar kmieni din is-sena, kisbet diversi suċċessi internazzjonali fosthom Bad and Boujee, Versace u Wall It Talk It.
Ikkumenta
