Nicky, magħruf bħala Nicky il-Miss, esprima d-diżappunt tiegħu mal-paġna The People of Malta dwar il-mod kif ċerti nies jirreaġixxu meta jiltaqgħu miegħu minħabba li għandu ħafna tattoos.

Jien mhux ħalliel jew kriminal jew drogat. Mela għax għandi ħafna tattoos jiena raġel ħażin?

Huwa sostna li għadna lura fejn tidħol il-mentalità dwar persuni li għandhom ħafna tattoos.

Irrakkonta kif ġieli jsib nies li xħin jarawh jew ikunu ħdejh, jinġibdu lura minnu.

Għaliex? Għax bniedem li għandi t-tattoos? Idejjaqni dan l-atteġġjament għax jien bniedem bħall-oħrajn. Int min int biex tiġġudikani? Agħmilha miegħi u mbagħad tkun taf xi nsarraf.

Filwaqt li qal li l-ewwel tattoo li għażel kien meta kellu 24 sena, Nicky stqarr li kieku għandu iktar flus, ikompli jpinġi fejn għadu m’għamilx. “Imma saret wisq spiża.”

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks