“There’s nothing down with down syndrome.”
Dan hu dak li temmen Michelle Rausi, omm il-mudelli ċkejkna, Francesca Rausi.
Waqt intervista fuq il-programm TVAM, ippreżentat minn Keith Demicoli, Michelle tkellmet dwar kemm tħossha mbierka li għandha lil Francesca għaliex urietha ħajja oħra, ħajja li ma kellhiex idea tagħha qabel.
“Ovvjament ikollha d-diffikultajiet tagħha s-sitwazzjoni, imma bħal kull persuna oħra oħra li tkun qed trabbi t-tfal. Dejjem ħa niltaqgħu ma’ diffikultajiet, li minn hawn u minn hemm naraw il-pożittiv tagħhom u nibqgħu għaddejjin,” sostniet Michelle.
Hija qalet li dan hu wkoll dak li dejjem tgħallem lil Francesca, u stqarret li l-pożittività tat-tifla tagħha tgħin lilha tkun pożittiva wkoll.
Ġieli jgħiduli “kif int daqshekk pożittiva?”, ħafna mill-pożittività tiegħi nġibha mingħandha.
