Il-manifattur taċ-ċikkulata Mars Wrigley ħabbar li bħala prova, se jkun qed jelimina ċ-ċikkulata Bounty minn uħud mil-laned tas-Celebrations.

Huwa qal li għalkemm din iċ-ċikkulata b’togħma ta’ coconut tintogħġob minn uħud, ħafna ma togħġobhomx.

Din se ssir fi żmien il-Milied bħala prova. Fil-fatt, huwa qal li għad irid jiddeċiedi jekk din iċ-ċikkulata hijiex se tiġi eliminata għalkollox mil-landa. Dan minħabba li minn stħarriġ ħareġ li filwaqt li ħafna nies iħallu l-bounty għall-aħħar, 18% jagħżlu lilha l-ewwel.

Landed kbar tal-Quality Street, Celebrations u oħrajn jibdew jidhru aktar fuq l-ixkafef tas-supermarkets fi żmien il-Milied, bil-bejgħ normalment iżid matul l-istaġun tal-festi.

Iżda dan jista’ jinbidel xi ftit din is-sena minħabba li t-tħassib dwar l-għoli tal-ħajja jista’ jwassal lil xi wħud joqogħdu lura milli jixtru daqs qabel.

Madankollu, qed jingħad li din il-mossa tista’ tkun tattika biex tiġi promossa d-ditta u tħajjar aktar lin-nies biex jixtru.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks