Ftit tal-ħin ilu, il-Moviment Graffiti ħabbar li ġie miċħud l-appell tal-iżviluppaturi sabiex Ħondoq ir-Rummien jinbidel f’port b’lukanda enormi, b’20 villa, b’263 appartament u parkeġġ.

Fuq il-paġna ta’ Facebook, il-Moviment Graffiti rringrazzja lis-Sindku tal-Qala, Paul Buttigieg, li ġġieled bla waqfien matul dawn l-aħħar 20 sena sabiex jiġi salvat Ħondoq ir-Rummien, kif ukoll lill-avukata Claire Bonello li mexxiet il-każ.

Huma saħqu li l-ġlieda se tkompli kontra r-regħba u d-distruzzjoni tal-ambjent.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks