Ftit tas-sigħat ilu tnieda t-trailer il-ġdid għas-sequel tant mistenni t’Avatar, u milli jidher James Cameron, għal darb’oħra, reġa’ għamel l-impossibbli.

Avatar: The Way Of Water jasal fis-swali taċ-ċinema fis-16 ta’ Diċembru, 13-il sena wara li l-oriġinali kiser ir-rekords tal-box offices madwar id-dinja.

Kif juri t-titlu, dan is-sequel se jeħodna fil-fond, fl-oċeani ta’ Pandora, il-pjaneta dar tar-razza Na’vi.

It-trailer il-ġdid joffri togħma mill-isbaħ ta’ xeni ta’ battalja taħt l-ilma hekk kif in-Na’vi jaħarbu mill-qerda miġjuba fuq Pandora mir-razza umana u l-armi teknoloġikament avvanzati tagħhom.

Fit-trailer ta’ Avatar: The Way Of Water jidher biċ-ċar li se tingħata importanza lill-familja, fejn Jake Sully (Sam Worthington) issa huwa membru sħiħ tal-poplu Na’vi, li jgħix ħajja familjari mas-sieħba tiegħu Neytiri (Zoe Saldaña) u t-tfal tagħhom. Jiġi żvelat kif l-inkwiet se jsegwihom u l-għan ewlieni hu li jżommu lil xulxin sikuri, il-battalji li jiġġieldu biex jibqgħu ħajjin, u t-traġedji li jġarrbu.

Is-sequel se jkollu runtime ta’ daqs uniku, ta’ tliet sigħat u 12-il minuta – aktar minn 30 minuta itwal mill-predeċessur tiegħu. Fatt interessanti hu li flimkien ma’ Worthington u Saldaña, ingħaqdet ukoll Kate Winslet.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks