Waqt Sibtek li jmiss mistiedna erba’ personalitajiet minn setturi totalment differenti li ma jafu xejn lil xulxin però jammiraw ħafna lil xulxin!
Dawn huma, il-preżentatriċi Stephanie Spiteri, l-influencer Theresa Ann Cachia, il-preżentatriċi ta’ Gadgets Rachel Cachia u wieħed mit-tewmin Blundell!

Xi ħadd minn dawn se jkollu sorpriża mingħand xi ħadd li ilu ma jara diversi snin! Imma x’inhi s-sorpriża?!
Waqt il-programm ta’ nhar is-Sibt se jerġa’ jkun hemm il-logħba li tant nisslet tbissima, bl-isem ta’ Smajt Sew?
Il-prank call se tkun hemm ukoll!!
U bħal dejjem, il-mużika waqt Sibtek se tkun kollha kemm hi live flimkien ma’ Christian Arding.
Sibtek, il-programm divertenti b’sorpriżi kbar, ippreżentat mill-koppja favorita ta’ ħafna, Ryan u Josmar, se jżommlok kumpanija mill-12:15 ‘l quddiem, fuq TVM.
U allura mhux ovvja! Ma tistax titlef Sibtek ta’ nhar is-Sibt li ġej!
