Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jixtieq javża li l-għoti ta’ demm dan il-weekend jista’ jsir:

  • Fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li jiftaħ KULJUM (7 ijiem fil-ġimgħa inkluż il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm.
  • Fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar ll-Ħadd 6 ta’ Novembru mit-8:30am sas-1:00pm se jkun maġenb il-Knisja Parrokkjali ta’ Marsaskala.
  • Fil-Berġa tax-Xewkija li nhar Il-Ħadd 6 ta’ Novembru se tkun disponibbli għall-għoti tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm.

Noti importanti ħafna:

  • Dawk li se jersqu biex jagħtu d-demm iridu jippreżentaw il-karta tal-identità. Wieħed jista’ wkoll jagħżel li jippreżenta l-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti.
  • Il-maskra waqt l-għoti tad-demm hi meħtieġa.
  • Importanti li wieħed jibda jixrob l-ilma sew minn qabel jersaq biex jagħti d-demm.

Ikun apprezzat li dawk interessati li jagħtu d-demm fiċ-Ċentru ta’ G’Manġa jagħmlu appuntament minn qabel billi jċemplu 80074313.

Ftakar li meta tagħti d-demm, tista’ tkun qed issalva ħajja, għaldaqstant inħeġġuk biex jekk tista’, tmur u tagħti d-demm u jekk għal xi raġuni ma tistax, jekk jogħġbok, xerred dan l-artiklu.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks