Permezz ta’ ritratt li tella’ fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, l-iskultur Indri Attard żvela l-ewwel fażi tal-istatwa ta’ Kristu tal-Girgenti.

Dan f’inqas minn tliet ġimgħat wara li Indri offra li jagħmel l-istatwa ta’ Kristu bla ħlas, ftit sigħat biss wara li matul il-lejl ta’ bejn is-16 u s-17 t’Ottubru, kienet inħarqet l-istatwa ta’ Kristu fil-Girgenti. Kulma kien għad fadal kien biss irmied, fejn anke s-salib li kien hemm biswit l-istatwa ġarrab ukoll xi ħsarat.

Nistennew ftit ieħor, u l-Girgenti jerġa’ jkollu l-istatwa ta’ Kristu, b’xogħol mill-isbaħ ta’ Indri, li tant devoti jħobbu jżuruha.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks