Zaria, kantanta ta’ 14-il sena mill-Afrika t’Isfel u l-Awstralja, ġiet eliminata minn The Voice Kids Malta, li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fuq TVM.

Għalkemm it-tliet ġurija, Owen Luellen, Destiny u Gianluca Bezzina faħħru l-vuċi u l-prestazzjoni li tat bil-kanzunetta Tears of Gold ta’ Faozia, ħadd minnhom ma dawwar is-siġġu.

Ir-raġuni li l-kantanta ġiet eliminata u li t-tliet ġurija qablu fuqha kienet għaliex stennew xi ħaġa aktar fl-interpretazzjoni tal-kanzunetta.

Madankollu, id-deċiżjoni tal-ġurija qajmet kontroversja, għaliex huma ħafna li jemmnu li Zaria kien jistħoqqilha tgħaddi għall-fażi li jmiss.

Fost il-kummenti li nkitbu fuq il-midja soċjali, kien hemm min qal li din hi l-kompetizzjoni hija dwar il-vuċi, għaldaqstant jemmnu li Zaria kellha tgħaddi. Oħrajn irrimarkaw li kien hemm kontestanti oħra li skont huma ma kienx jistħoqqilhom jgħaddu u għaddew.

Kummenti oħrajn saħansitra għandhom id-dubji dwar l-abilità tal-ġurija li jieħdu d-deċiżjonijiet it-tajba, minkejja li t-tlieta li huma ġejjin mill-qasam tal-mużika.

Min-naħa l-oħra, hemm uħud li qablu mad-deżiżjoni tal-ġurija għaliex jemmnu li minkejja l-leħen b’saħħtu, l-għażla tal-kanzunetta tagħha ma kinitx adattata għaliha.

Int x’taħseb? Taqbel mad-deċiżjoni tal-ġurija?

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks