Kull ġurnata hija sinifikanti għal xi ħadd. Kull ġurnata jkun hemm marbuta magħha memorji sbieħ u oħrajn xejn sbieħ.

Proprju llum, huwa jum għeluq snin il-papà tal-attur Fabian Scerri De Carlo, Michael Scerri, li nhar l-Erbgħa, it-23 ta’ Novembru li ġej, jagħlaq sena li ħalla din id-dinja.

F’kitba emozzjonanti, Fabian esprima l-imħabba lejn missieru u l-uġigħ, li jgħaddi kemm jgħaddi ż-żmien wieħed jibqa’ jġorr meta jitlef lil xi ħadd tant għażiż.

Għażiż missier, jgħidu li ż-żmien ifejjaq imma donnu ż-żmien qiegħed biss iġegħelni nħoss in-nuqqas tiegħek aktar. Ma tgħaddix ġurnata mingħajr ma naħseb fik. Inħossni mitluf u ma nistax nemmen li mhux se niċċelebraw għeluq sninek flimkien. Kont maħbub u se tibqa’ maħbub b’imħabba bla tarf. Dejjem f’qalbna. MX.
Fabian Scerri De Carlo

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks