L-Eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici kien magħruf ħafna għall-umiltà tiegħu.

Dan tixhdu l-ġurnalista Maria Muscat. Tirrakkonta kif darba minnhom ratu Kastilja jistenna wara kju nies biex jagħti korrispondenza.

“Kif lmatħu għedtlu “Dott, x’inti tagħmel wara n-nies?” u qalli….”nistenna bħal ħaddieħor”…mort niġri u għedtilhom li hemm Ex Prim Ministru fil-kju u ġew jaqduh… Xempju tal-umiltà li qatt ma rajt bħalha f’ħajti. Il-Mulej miegħek Karmenu, strieħ fis-sliem.”

Karmenu Mifsud Bonnici ħa jingħata l-aħħar tislima llum.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks