Ir-Re Karlu III ma tantx intlaqa’ b’merħba daqshekk sabiħa nhar l-Erbgħa meta hu u r-Reġina Konsorti Camilla marru York, l-Ingilterra, għal żjara uffiċjali!
Il-monarka Brittanniku, ta’ 73, kien qed isellem lill-folol f’Micklegate Bar, daħla rjali tal-belt, meta dimostrant ipprova jwaddab il-bajd lejh, u għal ftit ma laqtux!
F’filmat li qabad dan il-mument, ir-Re jidher li ma tax wisq kas tal-bajd li niżel fl-art ħdejh, iżda n-nies li kien hemm preżenti jinstemgħu jibbuwjaw lid-dimostrant.
ir-raġel ġie arrestat minnufih wara l-inċident.
Ir-Re Karlu III u r-Reġina Konsorti Camilla marru York biex jikxfu statwa ta’ ommu, ir-Reġina Eliżabetta II, f’York Minster.
Ir-Reġina Eliżabetta II mietet fl-età ta’ 96 sena f’Settembru li għadda wara 70 sena fuq it-tron. Charles issa huwa l-monarka renjanti u l-inkurunazzjoni tiegħu mistennija li ssir f’Mejju tal-2023.
WATCH: Here is the moment eggs were thrown at King Charles by a protestor in York as he and the Queen Consort arrived in the city this morning.
🎥 @itvnews pic.twitter.com/b82XQlQPZf— Chris Ship (@chrisshipitv) November 9, 2022
