Ftit tas-sigħat ilu, ġie mniedi l-aktar reklam mistenni tal-Milied, dak ta’ John Lewis, bl-isem ta’ The Beginner. Reklam li l-għan ewlieni tiegħu huwa li jitfa’ dawl fuq il-foster care.

Ir-reklam ta’ 90 sekonda, huwa maħdum fuq il-kanzunetta ta’ All The Small Things tal-Blink-182, bl-intenzjoni li jġegħlek tieqaf taħseb u tgħid “kif nista’ ngħin?”

Ir-reklam jibda b’raġel ta’ mezza età, li b’tant ħlewizza qed jitgħallem b’ċertu tbatija juża’ l-iskateboard, billi jipprattika fit-toroq u fl-arena u jsegwi diversi filmati fuq YouTube.

It-telespettaturi jitħallew jistaqsu dwar il-motiv wara l-perseveranza tiegħu sax-xena finali, li turi ħaddiem soċjali jasal fil-bieb tiegħu ma’ tfajla adolexxenti, bl-isem ta’ Ellie, iġġorr l-iskateboard tagħha, li waslet fid-dar ta’ koppja li se jiffosterjawha.

Reklam emozzjonanti ħafna, li jqanqal fik il-ħeġġa li tgħin lill-proxxmu tiegħek.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks