Għandna kollox imma m’għandna xejn jekk ma jkollniex il-kuntentizza. L-imħabba biss tista’ tirbaħ.

Dan hu dak li kiteb il-kantant Kevin Paul Calleja flimkien ma’ ritratt li tella’ fuq il-midja soċjali tiegħu.

Kevin Paul, flimkien ma’ ħames personalitajiet oħra; Megan Caruana, Daniel Umanah, Amy Borg, Keane Cutajar u Victor Abela, qegħdin il-Ghana fuq avventura missjunarja flimkien mal-Ghana Mission Foundation u HopeXchange.

Minn dak li qasam fuq il-midja soċjali, Kevin Paul, s’issa, l-avventura fil-Ghana ħadithom ġo skola fejn iltaqgħu ma’ ħafna tfal li minkejja li jgħixu fil-faqar, tispikka t-tbissima sabiħa u ġenwina tagħhom.

Fil-filmat, it-tfal jidhru jifirħu bil-personalitajiet Maltin, u jiżfnu u jkantaw mal-kanzunetta klassika tagħna l-Maltin, Xemx.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, huma żaru wkoll iċ-Ċentru Mediku ta’ The HopeXchange f’Kumasi. Dan l-isptar jittratta pazjenti li ma jifilħux iħallsu għal xi tip ta’ assistenta medika jew operazzjonijiet.

Dan kien possibbli biss grazzi għall-flus li ngħataw mill-pubbliku Malti. Dawn it-tfal u ħafna nies oħra jistgħu jgħixu ħajja diċenti f’kundizzjonijiet diffiċli ħafna.
Kevin Paul Calleja

Jekk tixtieq tgħin lil Ghana Mission Foundation tkompli tgħin aktar lil dawn in-nies tant fil-bżonn, tista’ tagħmel dan billi tagħti donazzjoni fuq:

50618091 – €4.66
50619216 – €11.65

BOV mobile – 79995959
Revolut – 99491670

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks