Waqt Sibtek li jmiss mistiedna diversi personalitajiet Maltin flimkien ma’ membri Parlamentari.

Il-mistiedna prinċipali huma l-Onor Claudette Buttigieg, l-Onor Alison Zerafa Civelli, Xandru Grech u Lorry Schembri, magħruf bħala Lorry tal-arloġġi.

Xi ħadd minn dawn se jkollu l-famuża prank call filwaqt li xi ħadd ieħor se jiltaqa’ ma’ ammiratur!

U tgħid min se jkollu jitgħallem korjografija u jiżfen?!

Il-mużika waqt Sibtek se tkun kollha kemm hi live flimkien ma’ Christian Arding.

Sibtek, il-programm divertenti b’sorpriżi kbar, ippreżentat mill-koppja favorita ta’ ħafna, Ryan u Josmar, se jżommlok kumpanija mill-12:15 ‘l quddiem, fuq TVM.

U allura mhux ovvja! Ma tistax titlef Sibtek ta’ nhar is-Sibt li ġej!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks