Il-Pulizija qed titlob l-għajununa tal-pubbliku biex tidentifika min seta’ ħalla dan il-materjal.

Dan tħalla fii Triq l-Imdina, ir-Rabat nhar it-22 ta’ Ottubru, u li x’aktarx kien il-kawża ta’ inċident fatali li seħħ fl-imsemmija triq.

Dan l-inċident ikkawża biex Marie Claire Lombardi, mara ta’ 45 sena, tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku lbieraħ fir-Rabat.

Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija permezz ta’ messenger jew iċċempel anke b’mod anonimu fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks