Grupp ta’ sajjieda, li kienu qed jistadu ‘l barra mill-kosta ta’ Delimara, ġew wiċċ imb’wiċċ ma’ kelb il-baħar.

F’filmat ippubblikat minn Lovin Malta, il-kelb il-baħar, li x’aktarx huwa pixxitondu (Mako Shark), deher jgħum viċin id-dgħajsa tas-sajjieda.

Dan it-tip ta’ speċi huwa wieħed minn 36 li ġieli dehru fl-ibħra Maltin. Mhux l-ewwel darba li l-pixxitondu ħasbuh Silfjun (Great White Shark), għalkemm huwa ħafna żgħar.

L-ewwel li ma jidher huwa l-ġewnaħ fuq l-ilma, sakemm is-sajjieda rnexxilhom jersqu viċin tiegħu u grazzi għal filmat stajna naraw din il-kreatura mill-qrib.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks