Kmieni dalgħodu, permezz ta’ Facebook, John Bundy fakkar il-memorja tal-mamà tiegħu fil-ġurnata t’għeluq sninha, billi qasam ftit mumenti ħelwin tat-tfulija tiegħu.

Fil-kitba tiegħu, John Bundy fakkar kif ommu kienet tqajmu għall-iskola u li bħal-lum, kienet tagħmel lilu u lil ħutu l-borża ta’ San Martin.

Tiftakar Ma, meta kont żgħir u kont tiġi tqajjimni għall-iskola kont tmellisli wiċċi u tgħidli “qum sabiħ”? Naħlef li dalgħodu int kont li qajjimtni, ħassejtek ta. F’din il-ġurnata f’jum għeluq sninek lili u lil ħuti, Andrew u Pierre, kont tagħmlilna l-borża taċ-ċarruta mimlija ġewż, lewż, qastan u tin u magħhom iżżid il-ħobża żgħira bis-sugu fin-nofs u larinġa. Bilħaqq, illum scampi għandek fuq il-menu. Kemm kont sabiħa u sexy, kieku llum jgħidulek mazza.

Huwa kkonkluda b’vers mill-isbaħ li jirrifletti l-imħabba u l-vojt li ħalliet warajha l-mamà tiegħu;

Int sabiħa mama tagħna,
Mhux għax ibnek ngħidha jien,
Insemmuk is-sena kollha,
Vojt mingħajrek kullimkien.
Inħobbok Ma

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks