Sitt persuni mietu wara li żewġ ajruplani tat-Tieni Gwerra Dinjija ħabtu waqt wirja tal-ajru fl-istat Amerikan ta’ Texas.

Filmati juru l-ajruplani jolqtu lil xulxin, b’wieħed minnhom jinqasam min-nofs. Tidher ukoll daħna kbira hekk kif l-ajruplan jaqa’ fl-art.

Skont rapporti minn midja barranija, ħadd min-nies li kienu fuq l-art ma ndarab.

L-Allied Pilots Association, li tirrappreżenta lill-bdoti tal-linja tal-ajru Amerikana, qalet li tnejn mill-eks membri tagħha kienu fost f’dawk li mietu fl-inċident.

L-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni qalet li se tkun qed tinvestiga l-inċident.

L-ajruplan B-17 kellu rwol ewlieni fir-rebħ tal-gwerra bl-ajru kontra l-Ġermanja fit-Tieni WW2.

It-tieni ajruplan, P-63 Kingcobra, kien ajruplan tal-ġlied użat fl-istess gwerra, iżda użat fil-ġlieda biss mill-Forza tal-Ajru Sovjetika.

Hank Coates, mill-Forza tal-Ajru Kommemorattiva li organizza l-avveniment qal li l-B-17 normalment ikollu ekwipaġġ ta’ madwar erba’ sa ħames persuni, filwaqt li l-P-63 ikollu bdot wieħed.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks