Wara s-suċċess li kellu matul din is-sena, bil- kollaborazzjonijiet mad-DJ internazzjonali Martin Garrix, Shaun Farrugia se jagħlaq l-2022 b’kanzunetta ġdida, bl-isem ta’ ‘Dear God’.

Fuq Instagram, il-kantant stqarr li għalih din is-sena kienet meraviljuża u li jinsab ħerqan biex issemagħlna l-aħħar kapolavur tiegħu, li bħal kanzunetti oħra kitibha minn qalbu għalina. Diska li skont kif qed jindika t-titlu, hija ddedikata lil Alla.

Shaun qasam ukoll silta qasira mill-kanzunetta fuq il-kont ta’ Instagram tiegħu!

Matul l-2022, Shaun kellu suċċess fenomenali u tant mistħoqq, b’żewġ kollaborazzjonijiet ma’ Martin Garrix. Fil-fatt Starlight (Keep Me Afloat) u If We’ll Ever Be Remembered, ħallew marka pożittiva kemm fuq gziritna kif ukoll barra minn xtutna, tant li ntużaw kemm fil-programm popolari Love Island u ndaqqew fl-Empire State Building.

Ftit tal-ġranet ilu ġie mħabbar li Shaun għadu kemm iffirma mal-aġenzija Wasserman Music, li magħha jaħdmu diversi kantanti kbar fosthom Drake, Billie Eilish, Ed Sheeran u Shawn Mendes.

Għaldaqstant, nistennew bil-ħerqa l-1 ta’ Diċembru, biex nisimgħu dan il-kapolavur il-ġdid ta’ Shaun Farrugia, għax kif jgħid il-Malti “Minn jistenna jithenna”.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks