Kyran Bonello, li bil-vuċi anġelika tiegħu saħħar lil kulħadd hekk kif beda jkanta l-kanzunetta O Mio Bambino Caro.
L-impatt li ħalla fuq il-ġurija wassal sabiex jirnexxiu jikseb l-ewwel Golden Buzzer tat-tieni staġun ta’ Malta’s Got Talent, mingħand Sarah Zerafa.
Jidher li Kyran qed jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku internazzjonali wkoll!
Il-prestazzjoni fenomenali tiegħu ġiet imtella’ fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Got Talent Global, fejn jiġu mtella’ wħud mill-aqwa prestazzjonijiet mill-edizzjonijiet internazzjonali tal-Got Talent, u s’issa għandha madwar 248,000 view!
Ikkumenta
