Mistiedna waqt Sibtek li jmiss se jkun hemm erba’ personalitajiet Maltin, kollha minn oqsma opposti!
Mit-terapista olistiku Daniel Wright għall-għalliem u kompożitur Augusto Cardinali.
Magħhom se jingħaqdu wkoll żewġ nisa li għandhom passjoni kbira għall-kċina, Mia Ellul Sullivan u Pauline Spiteri Bugeja.
Xi ħadd minn dawn se jirnexxilu jwettaq ħolma minn tfulitu!
U xi ħaddieħor se jiltaqa’ ma’ ammiratriċi!
Imma min minnhom se jkollu kollu blind date?! Blind date b’differenza għaliex din se tkun ftit retro!

Bħal dejjem, il-mużika waqt Sibtek se tkun kollha kemm hi live flimkien ma’ Christian Arding.
Sibtek, il-programm divertenti b’sorpriżi kbar, ippreżentat mill-koppja favorita ta’ ħafna, Ryan u Josmar, se jżommlok kumpanija mill-12:15 ‘l quddiem, fuq TVM.

U allura mhux ovvja! Ma tistax titlef Sibtek ta’ nhar is-Sibt li ġej!
