Donald Trump ħabbar uffiċjalment li se jitfa’ n-nomina tiegħu għall-elezzjoni presidenzjali tal-2024, f’isem ir-Repubblikani.

Huwa għamel it-tħabbira mill-proprjetà tiegħu Mar-a-Lago fi Florida, quddiem mijiet ta’ partitarji. Diversi bnadar Amerikani u banners li jaqraw: “Make America Great Again!” ħonqu s-sala.

Fid-diskors tiegħu huwa qal: “Ir-rimonta tal-Amerika tibda issa.” Huwa stqarr li matul ir-renju presidenzjali tiegħu “kulħadd kien sejjer tajjeb – id-dinja kienet fil-paċi” u li huwa “żamm il-wegħdiet tiegħu”.

Huwa kompla billi qal li attwalment il-qawwa Amerikana naqset u dan “qed jiġi sfurzat fuqna minn Biden u mix-xellug radikali… dan it-tnaqqis ma nistgħux naċċettawh”.

Trump tenna li “Sentejn ilu konna nazzjon kbir. U dalwaqt nerġgħu nkunu nazzjon kbir”.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks