Aħbar tajba għal dawk li jsegwu Love Island!

Ftit tal-ħin ilu, TVMNews ħabbar li minn Mejju li ġej fuq TVM se tkun qed tibda tixxandar verżjoni Maltija ta’ dan il-programm tant popolari.

Love Island huwa programm fejn persuni li ma jkunux f’relazzjoni jippruvaw isibu l-imħabba ta’ ħajjithom. Dawk li jibqgħu ma jsibux il-persuna adattata għalihom ikunu qed jirriskjaw li jiġu eliminati.

B’kollaborazzjoni bejn Media Exclusive Limited u ITV studios, dan mistenni jkun wieħed mill-akbar produzzjonijiet televiżivi Maltin li qatt saru u l-ewwel reality show ta’ dan it-tip.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks