Daniel Spiteri huwa r-raġel li tilef ħajtu dalgħodu f’sit ta’ kostruzzjoni l-Marsa.
L-inċident seħħ fi Triq Belt il-Ħażna għall-ħabta tad-9.10am, meta Daniel waqa’ għoli ta’ madwar sular u nofs.
Huwa kien qed jagħmel xi xogħol fuq saqaf ta’ maħżen f’sit ta’ kostruzzjoni
Fuq il-post issejjaħ tim mediku iżda sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Fuq Facebook, ibnu Nathaniel kiteb;
Pa għalfejn ħallejtn waħedna. Kont raġel li dejjem ħdimt għall-familja. Strieħ fi sliem. Sakemm nerġgħu niltaqgħu. Inħobbok pa.
Filwaqt li nfetħet inkjesta maġisterjali, l-investigazzjonijiet tal-pulizija huma għaddejjin.
Daniel Spiteri kellu biss 47 sena.
Ikkumenta
