Nhar l-14 ta’ Novembru ġiet iċċelebrata l-festa liturġika tal-patruna Santa Venera, bl-qofol jintlaħaq b’tant briju u daqq ġewwa l-iskola primarja ta’ Santa Venera stess.

Fil-fatt permezz ta’ filmat li ttella’ mit-Tikka Banda, fuq il-paġna ta’ Facebook tagħhom, nistgħu naraw u nisimgħu l-briju festiv li huma tellgħu flimkien mat-tfal ċkejknin u l-għalliema tagħhom.

Bil-kurunetta u l-katuba, il-bandisti daqqew diversi innijiet popolari magħna il-Maltin, li huma sinonimi mal-festi tal-irħula. Fosthom indaqqu l-Coronation u The King.

Fimkien mal-banda, xi wħud mit-tfal refgħu l-istatwetta ta’ Santa Venera fuq l-ispalla, u aparti minn hekk ingħataw l-opportunità li jiġru bl-istatwa fil-kuritur tal-iskola.

Tradizzjoni, bħalma hija l-festa, li nġabet fl-iskola, ħoloq ferħ u briju kbir u dan jidher biċ-ċar miċ-ċapċip u mit-tbissim fuq wiċċ it-tfal.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks