Matul il-lejl li għadda, diversi karozzi ħadu n-nar, inkluż żewġ faċċati tal-ħwienet, b’numru ta’ residenti ġew evakwati bħala prekawzjoni ta’ sigurtà.
B’kollox sitt karozzi ħadu in-nar, fi Triq Feliċ Borg, San Ġwann, quddiem l-SGS, għall-ħabta tal-12.15am.
B’xorti tajba, ħadd ma weġġa’.
Bħalissa għaddejjin investigazzjonijiet mill-pulizija u qed titmexxa wkoll inkjesta mill-Maġistrat Charmaine Galea.
Ikkumenta
