Jumejn biss qabel tibda t-Tazza tad-Dinja fil-Qatar, il-FIFA kkonfermat li l-ebda alkoħol mhu se jinbiegħ fit-tmiem grawnds li se jospitaw l-64 partita tal-kampjonat.

Il-pajjiż Musulman huwa meqjus bħala konservattiv ħafna u jirregola b’mod strett il-bejgħ u l-użu tal-alkoħol.

F’Settembru, il-Qatar kien qal li se jippermetti lill-partitarji bil-biljetti jixtru birra alkoħolika 3 sigħat qabel tibda l-logħba u siegħa wara t-tisfira finali, iżda mhux waqt il-partita.

Madankollu, huwa mifhum li fuq insistenza tal-familja rjali tal-Qatar, ittieħdet d-deċiżjoni finali li ma tippermettix bejgħ ta’ alkoħol.

Kif wieħed jistenna, id-deċiżjoni ġiet ikkritikata minn diversi assoċjazzjonijiet sportivi u partitarji.

It-Tazza tad-Dinja tal-Qatar 2022 tibda min-nhar il-Ħadd l-20 ta’ Novembru sal-Ħadd it-18 ta’ Diċembru.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks