Ir-raġel ta’ Marie Claire, Aldo, fuq il-programm ta’ Glen Falzon Insights qal li qed jitlob għall-persuna li wasslet għall-mewt ta’ martu. Dan wara li din il-persuna li għadha ma ġietx identifikata, waqqgħet iż-żebbuġ fi triq bil-konsegwenza li Marie Claire skiddjat bil-mutur. Żid jgħid biex il-persuna tersaq ‘il quddiem.

Huwa appella biex ikun hemm iżjed infurzar fit-toroq billi fost oħrajn it-trakkijiet ma jkunux mgħobbija iżjed milli sippost u titwaqqaf awtorità li tistħarreġ l-kawżi tal-inċidenti tat-traffiku li qed iwasslu għall-imwiet. 

Dan huwa l-post fejn seħħ l-inċident nhar is-sibt 22 ta’ Ottubru 2022 li wassal biex martu titlef ħajjitha. Il-Pulizija qed tappella għall-għajnuna tal-pubbliku dwar l-inċident.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar min seta’ ħalla dan il-materjal, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks