Matul dawn il-jumejn, il-Papa Franġisku jinsab fin-naħa ta’ fuq tal-Italja, fejn illum iltaqa’ mal-kuġini Piemontesi.

F’Portacomaro, raħal żgħir fl-inħawi ta’ Asti, Bergoglio kellu ikla fid-dar ta’ kuġintu, Carla Rabezzana, biex jiċċelebraw għeluq id-90 sena tagħha.

Bilqiegħda mal-mejda tal-ikel mal-Papa kien hemm disa’ kuġini oħra ta’ Bergoglio mal-familji tagħhom.

Ritratt: ANSA

Għada l-Ħadd il-Papa se jiċċelebra quddiesa f’Asti.

Għall-President tar-reġjun tal-Piemonte, Alberto Cirio, dan “huwa mument importanti u eċċitanti għall-komunità kollha tagħna, għax dan huwa vjaġġ f’isem il-familja u l-għeruq tagħha. Vjaġġ li jġib lil Papa lura lejn art twelidu. Piemonte tinsab ferħana, onorata u kburija li tista’ tgħid merħba lill-Papa Franġisku f’daru”.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks