Gareth Southgate qal li l-plejers tal-Ingilterra se jkunu qed jinżlu fuq irkoppa waħda qabel il-partita kontra l-Iran aktar tard illum, kif ukoll, il-captain tat-tim se jkun qed jilbes armband ta’ OneLove minflok dik li s-soltu tintlibes.

Dan il-ġest kontra r-razziżmu sar mill-plejers tal-Ingilterra qabel il-partiti tagħhom wara l-mewt ta’ George Floyd fl-2020.

Wara taħditiet iddeċidew li jkomplu b’dan il-ġest waqt dan it-turnament fil-Qatar.

Southgate spjega li se jkomplu b’dan il-ġest għaliex huwa proprju dak li dejjem emmnu fih bħala tim, u għaliex jemmnu li hija dikjarazzjoni b’saħħitha li se tasal madwar id-dinja, b’mod partikolari għaż-żgħażagħ, biex jaraw li l-inklussività hija importanti ħafna.

Il-plejers tal-Premier League għamlu dan il-ġest ukoll qabel il-partiti ta’ wara r-ritorn tal-futbol mill-waqgħa b’rabta mal-Covid-18 fis-sajf tal-2020.

Aktar tard, qabel il-bidu ta’ dan l-istaġun ġie deċiż, li dan il-ġest isir f’mumenti speċifiċi matul l-istaġun aktar milli jagħmluh f’kull partita.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks