Ilbieraħ filgħaxija, il-President ta’ Malta, flimkien mas-Sinjura tiegħu Miriam Vella, ħallew gżiritna għal Londra, fejn se jkunu qed jiltaqgħu ma’ Maltin li attwalment jinsabu rikoverati hemmhekk.

Il-President, flimkien mas-sinjura tiegħu se jkunu qed iżuru wkoll diversi sptarijiet fejn pazjenti Maltin jinsabu rikoverati fihom, u se jiltaqgħu ma’ tobba u ma’ konsulenti li jkollhom taħt il-kura tagħhom lil dawn il-pazjenti.

Apparti minn dan, huma se jkollhom laqgħa mas-sorijiet Franġiskani u Agostinjani li jilqgħu lil uħud mill-pazjenti Maltin.

Il-President ta’ Malta u sinjura tiegħu, qed ikunu akkumpanjati mis-Sur John Huber, Chairman tal-Bord tal-Amministraturi tal-Malta Community Chest Fund (MCCF).

Sakemm il-President ikun Londra, il-Professur Frank Bezzina se jservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta.

Il-President Vella mistenni jasal lura Malta nhar l-Erbgħa li ġej.

Tinsewx, nhar is-26 ta’ Diċembru l-Istrina!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks