Philip Mifsud u Andre Mifsud Kingswell, missier u iben rispettivament, illum iggradwaw b’Bachelor of Laws, mill-Università ta’ Malta.

Jiddeskrivi din l-esperjenza Andre qal li kellha t-tlugħ u l-inżul tagħha, iżda l-aktar li kien hemm tlajja’. Huwa spjega li l-fatt li studjaw flimkien speċjalment matul il-perjodu tal-eżamijiet għen ħafna.

Din l-idea nibtet meta Andre ddeċieda li jieħu l-lingwi bħala suġġetti ewlenin għal A-Levels, sabiex fl-Università jistudja l-liġi. B’entużjażmu, it-tweġiba ta’ missieru kienet li jekk jidħol fil-kors tal-liġi, hu wkoll jieħu l-kors.

Meta wasal iż-żmien, it-tnejn li huma applikaw, ġew ammessi u eventwalment iggradwaw.

F’isem it-tim ta’ Skoperta nifirħu lill-missier u lil iben ta’ dan is-suċċess, filwaqt li nawguraw ukoll lill-istudenti kollha li f’dawn il-jiem se jiggradwaw.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks