Ir-raġel ta’ Bernice Cassar, li aktar kmieni llum tressaq il-Qorti mixli bil-qtil ta’ martu, li qed jitqies bħala femiċidju, wieġeb mhux ħati.

L-akkużat huwa l-ewwel persuna li qed jiġi mixli b’femiċidju.

F’rapport ippubblikat minn TVMNews, ħareġ li raġel qed jiġi mixli wkoll li żamm u ssekwestra lil martu kontra l-volontà tagħha, li għamlilha vjolenza morali u psikoloġika, li kellu arma tan-nar bla permess, li seraq il-mobile u ċ-ċavetta ta’ karozza tal-vittma, li għamel ħsara fuq il-karozza tal-vittma, kiser ordni tal-Qorti u hedded raġel.

Għal dawn l-akkużi huwa wieġeb li mhux ħati.

Il-Qorti ordnat li jinżamm arrestat u rrakkomandat lid-Direttur tal-Ħabs biex jiddeċiedi hu fejn għandu jinżamm.

Preżenti fl-awla kien hemm il-qraba ta’ Bernice Cassar.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks