Wara li lbieraħ l-allegat qattiel ta’ Bernice Cassar ġie mressaq il-Qorti mill-pulizija fuq il-qtil ta’ martu u diversi akkużi oħra, ġie deċiż li jinżamm fit-taqsima forensika tal-isptar Monte Karmeli.

Il-Qorti ħalliet f’idejn id-Direttur tal-Ħabs biex jiddeċiedi dwar fejn għandu jinżamm l-allegat qattiel ta’ Bernice, wara li ordnat li jinżamm arrestat.

Ir-raġel, li qed jiġi mixli b’femiċidju, wieġeb mhuwiex ħati tad-delitt.

Skont rapport minn TVMNews, ftit sigħat qabel beda jiġi interrogat mill-pulizija, ir-raġel beda jgħidilhom li qed jisma’ l-ilħna.

Kien għalhekk li qabel ma bdew jinterrogawh, il-pulizija talbu li ssirlu analiżi psikoloġika minn psikjatra.

L-interrogazzjoni bdiet hekk kif mill-analiżi li saret irriżulta li kien f’sensih.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks