Reġa’ wasal il-weekend u allura reġa’ wasal Sibtek!
Il-personalitajiet li se jakkumpanjaw lil Ryan u Josmar din id-darba se jkunu Mark Spiteri Lucas, Annabelle Vella, Fabian Scerri De Carlo u Christine Camilleri.
Xi ħadd minn dawn se jkollu jgħaddi minn kwiżż dwar il-lokalità li twieled fiha u ġej ukoll kwiżż master.
Xi ħadd ieħor se jiltaqa’ mal-kunjatu u jrid jagħmel it-test tal-kunjatu!
U min se jkollu blind date ma’ mara li żżewweġ fil-passat?!
Bħal dejjem, il-mużika waqt Sibtek se tkun kollha kemm hi live flimkien ma’ Christian Arding.
Sibtek, il-programm divertenti b’sorpriżi kbar, ippreżentat mill-koppja favorita ta’ ħafna, Ryan u Josmar, se jżommlok kumpanija mill-12:15 ‘l quddiem, fuq TVM.
U allura mhux ovvja! Ma tistax titlef Sibtek ta’ nhar is-Sibt li ġej!
