Ħerba sħiħa fit-toroq ta’ Brussell wara r-riżultat mhux mistenni hekk kif il-Marokk għeleb lill-Belġju b’riżultat ta’ 2-0 fil-partita tat-Tazza tad-Dinja.
Ir-riżultat ifisser li l-Belġju x’aktarx ikollu bżonn rebħa fuq il-Kroazja fl-aħħar partita tal-grupp tagħhom biex jikkwalifika għall-fażi li jmiss.
Filmati li qed jiċċirkolaw fuq il-midja soċjali juru diversi partitarji jqabbdu n-nar u jwaddbu l-ġebel fuq vetturi.
Mhuwiex eżattament ċar kif jew min beda l-ġlied iżda filmat imtella’ minn ġurnalist tal-BBC li kien fuq il-post juri grupp ta’ partitarji żgħażagħ tal-Marokk ikissru karozza u scooters.
Moroccan fans continue vandalizing and attacking the police in Brussels after Morocco defeated Belgium 2-0 at the World Cup in Qatar.
🇧🇪🇲🇦 pic.twitter.com/9QlKCckcqo
— Visegrád 24 (@visegrad24) November 27, 2022
Il-pulizija kellhom saħansitra jagħlqu partijiet minn Brussell u jisparaw il-gass tad-dmugħ biex jippruvaw iwaqqfu l-irvell li qam.
Huwa mifhum li t-tensjoni fit-toroq bdiet minn qabel ma bdiet il-partita.
