Il-kantawtur tant popolari magħna l-Maltin, Philip Vella, ħareġ verżjoni ġdida ta’ X’jimpurtani għall-maratona tal-Caritas li se ssir nhar is-Sibt li ġej.

L-għan ewlieni tal-maratona b’ risq Caritas ta’ din is-sena hu li jinġabru l-flus għall-ikla li ssir fil-Milied, biex ħadd ma jħossu waħdu. Fi kliem ieħor din hija maratona ta’ mħabba.

Għaldaqstant, il-kantant Philip Vella, ġietu l-idea li jaqleb silta mill-kanzunetta X’jimpurtani biex iqajjem għarfien dwar is-solitudni, b’mod partikulari għall-jum il-Milied. Huwa enfasizza biex ngħinu lill-Caritas ħalli ‘ħadd ma jiekol waħdu dan il-Milied’.

It-tim ta’ Skoperta jħeġġek biex nhar is-Sibt, 3 ta’ Diċembru inti tkun parti minn din il-Maratona ta’ Mħabba billi tagħti d-donazzjoni tiegħek fuq:

5100 2035 – €20
5190 2089 – €50

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks