Carmen, titlef lil binha Lydon.

Fil-bidu tal-intervista, emozzjonanti, Carmen titlob siġġu vojt biex ‘ipoġġi’ t-tifel tagħha Lydon. Minkejja li tilfet lil binha, Carmen temmen li l-ħin kollu jinsab magħha.

“Anke mmur ġo restorant irrid siġġu vojt għax naf li jkun hemm. Inħossu miegħi l-ħin kollu.”

L-unika ħaġa li sserrħilha qalbha Carmen, hi li taf li issa ma hemmx iżjed uġigħ.

Carmen tistqarr li hija traġedja dik li tara wieħed minn uliedek jieħu d-droga u li jkun għaddej minn dak kollu. Issostni li f’20 sena sħaħ, Caritas Malta qatt ma naqsithom. “Importanti ħafna li jfittxu l-għajnuna għax waħdek ma tagħmilhiex.”

F’dawn iż-żminijiet li ġejjin ta’ festi, Carmen tixtieq tagħlaq għajnejha ħalli jgħaddu għax taf li hemm binha nieqes u tħossha waħdeha, avolja tkun imdawra bil-kumplament tal-familja.

Caritas Malta qed jagħmlu d-differenza fil-ħajja ta’ Carmen u allaħares ma kinux huma. “Ningħata s-sapport kbir u Caritas tara li ma tħalli lil ħadd iħossu waħdu.”

Nhar is-Sibt li ġej, se tittella’ maratona b’risq Caritas Malta bit-tema Biex Ħadd Ma Jħossu Waħdu. Caritas Malta toffri servizzi lil min hu waħdu billi torganizza ikla f’Jum il-Milied u servizzi speċjalizzati matul is-sena kollha. Għin lil Caritas, ħalli ħadd ma jħossu waħdu dan il-Milied.

Inti tista’ tagħti donazzjoni fuq dawn in-numri li ġejjin:

€20 51002035

€50 51902089


Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks