Clarence Gilyard Jr., l-attur magħruf l-aktar għall-interpretazzjoni tiegħu tal-hacker tal-kompjuter, Theo f’Die Hard u l-uffiċjal tat-titjir navali Marcus “Sundown” Williams f’Top Gun, miet fl-età ta’ 66 sena.

F’Die Hard huwa ħadem flimkien ma’ Bruce Willis u Alan Rockman, u ma’ Tom Cruise f’Top Gun.

Huwa magħruf ukoll għall-karattru li interpreta ta’ James “Jimmy” Trivette fis-serje televiżiva u li kienet segwita minn bosta, inkluż mill-Maltin, Walker, Texas Ranger fejn kien l-id il-leminija ta’ Cordell Walker, interpretat minn Chuck Norris.

Il-mewt tiegħu tħabbret fi stqarrija mill-Università ta’ Nevada, Las Vegas, fejn kien jaħdem bħala professur tal-films u t-teatru.

B’karriera ta’ aktar minn 30 sena bħala attur, direttur u produttur, Gilyard kien għadu attiv fl-industrija taċ-ċinema u t-televiżjoni.

Proġetti riċenti kienu jinkludu Legacy Of A Spy fl-2021, u l-films Christmas On The Coast u The Perfect Race, kif ukoll bħala Theo ma’ Bruce Willis f’reklam.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks