44 NGO, organizzazzjonijiet, gruppi u assoċjazzjonijiet flimkien mal-eks President tar-Repubblika Marie-Louise Coliero Preca u r-raġel tagħha Edgar, approvaw il-proposta ta’ 80 espert fejn appellaw lill-Gvern biex jabbozza mill-ġdid l-emenda mressqa fil-Parlament għall-artikoli 241 u 243 tal-Kodiċi Kriminali, u ma jiftaħx il-bieb għall-introduzzjoni tal-abort.

L-NGO’s imsemmija hawn taħt, Organizzazzjonijiet, Gruppi, u Assoċjazzjonijiet, flimkien mal-E.T Marie-Louise Coliero Preca u żewġha Edgar Preca ngħaqdu flimkien biex jappellaw lill-Gvern biex jikkunsidra t-tħassib imqajjem minn 80 espert u l-pubbliku inġenerali u jaċċetta li jabbozza mill-ġdid l-emenda ppreżentata fil-Parlament, u li huma qed isostnu li kif inhi proposta l-emenda, tiftaħ il-bieb għall- introduzzjoni tal-abort, u tiġi sostitwita bl-emenda proposta ppreżentata mill-grupp ta’ 80 Espert.

Il-grupp ta’ 80 espert ikkonkluda li l-emenda mressqa mill-Gvern tiftaħ il-bieb għall-abort legali f’pajjiżna peress li ma titkellimx biss dwar ċirkostanzi fejn il-mara tinsab f’riskju li tmut iżda tiftaħ il-bieb għal każijiet oħra relatati mas-saħħa li ma jpoġġux il-ħajja tal-omm f’riskju li tmut.

Huma qed isostnu li dan imur lil hinn mill-intenzjoni ddikjarata tal-Gvern meta ppreżenta din l-emenda.

Fi stqarrija, it-30 għaqda jfakkru lill-Gvern li kif ikkonfermat mill-Prim Ministru, il-Gvern m’għandux mandat biex jintroduċi l-abort f’Malta.

Il-grupp ta’ 80 espert inter-dixxiplinarju fil-mediċina klinika, il-ġinekoloġija u l-ostetrija, is-saħħa
ix-xjenzi, il-qwiebel, il-liġi, il-psikoloġija, il-benessri, il-politika soċjali, l-istudji tal-familja, il-filosofija, l-etika
u t-teoloġija pprovdew emenda alternattiva li tiżgura li l-liġi tikkonforma mad-dinjità tal-persuna umana u d-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari, id-dritt fundamentali għall-ħajja tal-mara u tat-tarbija fil-ġuf, u d-dritt għaċ-ċertezza legali, fir-rigward ta’ sitwazzjoni fejn il-ħajja tal-omm tkun f’periklu tal-mewt jew fejn riskju reali u sostanzjali għal ħajjitha jeżisti minn mard fiżiku.

Għaldaqstant, qed japprovaw il-klawsola proposta u jappellaw lill-Gvern biex jadotta din il-verżjoni
fil-Parlament:

L-ebda reat ma jitwettaq taħt l-artikolu 241(2) jew l-artikolu 243 meta l-mewt jew ħsara fil-ġisem ta’ tarbija fil-ġuf tirriżulta minn intervent mediku li sar bil-għan li ssalva l-ħajja tal-omm fejn hemm riskju reali u sostanzjali li l-omm titlef ħajjitha minn mard fiżiku.

L-NGO’S, organizzazzjonijiet, gruppi u assoċjazzjonijiet huma:

L-E.T Marie-Louise Coleiro Preca u r-raġel tagħha Edgar Preca
Augustinian Youths
Azzjoni Kattolika
Caritas Malta
Catholic Charistmatic Renewal
Catholic Voices Malta
Church Schools Assocation (CSA)
Christian Life Community (CLC) Malta
Dar Merhba Bik
Doctors for Life
Eucharistic Youth Movement Malta
Fondazzjoni Sebħ
Forum tal-Ghaqdiet u Movimenti Kattolici tal-Lajci
Gozo Aid for the Visually Impaired
Gozo Association for the Deaf
Great Oak Malta Association
I See Life
Kamra ta’ L-Ispizjara ta’ Malta
Knisja Evangelika Battista
Kummissjoni Gustizzja u Paci
Legion of Mary
Life Netwrok Foundation
Malta Catholic Youth Network
Malta House of Prayer
Malta Unborn Child Platform
Maltese Jesuit Community
MFOPD
Mission Fund
Moviment ta’ Kana
Muscular Dystrophy Group Malta
National Council for Women
National Parents Society of Persons with Disability (NPSPD)
New Humanity Movement, Malta (Focolare Movement, Malta)
Pietre Vive
Salesians of Don Bosco
Secretariat for Catholic Education
Segretarjat Assistenza Socjali (AKM)
Socjeta M.U.S.E.U.M Nisa
Socjeta M.U.S.E.U.M Rġiel
Sovereign Order of Malta
St Jeanne Antide Foundation
The Evangelical Alliance of Malta
Trinity Evangelical Church
Youths for Christ
Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK)

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks