Raġel ta’ 59 sena ġie kkundannat 12-il sena ħabs wara li ammetta li stupra t-tlett itfal tas-sieħba tiegħu, żewġ subien u tifla, waqt li kienet tkun fis-sodda tieħu l-kura għall-kanċer.

F’rapport minn TVMNews, ġie ppublikat li r-raġel abbuża ż-żewġ subien permezz ta’ sess orali, u lil wieħed minnhom kien jabbużah kważi kuljum. Huwa abbuża wkoll lit-tifla, ta’ 13-il sena meta kien ġabarha mill-iskola, ħadha f’post imwarrab, u wara li talabha tagħmel ċerti “affarijiet tal-kbar” u rrifjutatu, daħħlilha subgħajh fil-parti ġenitali tagħha.

Fil-Qorti ħareġ ukoll li kien jhedded lis-subien biex ma jiftħux ħalqhom dwar dak li kien għaddej.

Kien meta l-aggressur bi kliemu tefa’ suspetti dwar iz-ziju tat-tfal u staqsa lis-sieħba għaliex it-tifel kien qed jorqod ħafna għand zijuh, li wieħed mis-subien qal lil ommu li kien dak li kien isejjaħlu papà li kien ilu jabbużah għal tliet snin, mindu kellu 9 snin, u mhux zijuh.

Dan kollu kien iseħħ waqt li ommhom kienet tkun fis-sodda ma tistax toħroġ jew timxi, tieħu l-kura jew tirkupra wara l-operazzjonijiet li kienet tagħmel.

Ir-raġel instab ħati ta’ stupru aggravat, li ħa sehem f’attivitajiet sesswali ma’ persuni taħt is-16-il sena bi vjolenza u persuni vulnerabbli, li kkorrompihom, li ppenetrahom u li wettaq l-atti anki quddiem it-tfal. Huwa ammetta għall-akkużat kollha.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks