Il-leġġenda tal-futbol Brażiljan Pelé, li llum għandu 82 sena, iddaħħal l-isptar.

Madankollu, kontra dak li ġie rrappurtat mill-midja, bintu kkonfermat li ma kien hemm “l-ebda emerġenza”, hekk kif qed ikompli jiġġieled il-kanċer tal-musrana.

Hija qalet li missierha ddaħħal l-isptar biex it-tobba jkunu jistgħu jirregolaw il-medikazzjoni tiegħu.

L-istilla tal-futbol tneħħilu tumur mill-musrana f’Settembru 2021 u ilu minn dakinhar dieħel u ħiereġ mill-isptar għall-kura fuq bażi regolari.

Midja barranija rrappurtat li Pelé ddaħħal l-Isptar Albert Einstein f’Sao Paulo minħabba nefħa ġenerali u qed ikollu problemi f’qalbu.

Ġie rrappurtat ukoll li t-tobba kienu mħassba li t-trattament tal-kimoterapija ma kienx qed ikollu r-riżultati mistennija u li se jsirulu aktar testijiet għal valutazzjoni aktar fil-fond tal-kundizzjoni ta’ saħħtu.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks