Il-President George Vella lest li jirriżenja jekk l-emenda fil-liġi proposta mill-Gvern dwar it-terminazzjoni tat-tqala, tiġi approvata mill-parlament.

Dan qalu hu stess lil nies qrib tiegħu. Sorsi qalu lit-Times of Malta li t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li din l-emenda se tippermetti t-terminazzjoni ta’ tqala f’każijiet li s-saħħa tal-mara tkun f’riskju, u mhux ħajjitha.

L-istess sorsi qalu lit-Times of Malta li l-president jinsab ukoll imħasseb dwar l-impatt li jista’ jkun hemm fuq L-Istrina ta’ din is-sena jekk jirriżenja.

Kull liġi li tgħaddi mill-parlament trid tiġi ffirmata mill-president qabel ma tidħol fis-seħħ.

Jekk il-President George Vella jirriżenja, ikun l-ewwel president fl-istorja ta’ Malta li jagħmel dan il-pass.

Il-President kemm-il darba tkellem dwar il-pożizzjoni tiegħu kontra l-abort u ddikjara diversi drabi pubblikament li jekk xi darba l-liġi tal-abort tiġi approvata mill-parlament, huwa jirriżenja immedjatament.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks