Il-Librerija tal-Università ta’ Malta qed torganizza The Library Reverse Advent Calendar 2022, bl-għan ewlieni li ningħaqdu flimkien sabiex nagħmlu differenza!

Din is-sena l-librerija ħarġet bl-idea li minflok ma nieklu biċċa ċikkulata biex nimmarkaw il-ġranet li jwasslu għall-Milied, inwarrbu oġġett tal-ikel kuljum, biex nagħtuhom donazzjoni lil dawk fil-bżonn.

Jekk inti tixtieq tkun parti minn dan il-ġest filantropiku kull ma għandek tagħmel hu li tikkonsulta l-kalendarju biex jiggwidak dwar liema oġġetti għandek iġġib f’dik il-ġurnata (mhux neċessarjament timxi magħha), iġġib l-oġġett fil-Librerija tal-Università u tħallih quddiem is-Circulation desk.

Din l-attività se ssir bejn 1 sat- 22 ta’ Diċembru, matul il-ħinijiet tal-ftuħ tal-librerija. Huwa importanti li ma tagħtix ikel skadut jew oġġetti friski/iffriżati. L-oġġetti kollha tal-ikel se jingħataw lill-Foodbank Lifeline Foundation Malta.

Kunu parti minn dan il-ġest nobbli! Ftakru li “l-ikel huwa d-dritt morali ta’ dawk kollha li jitwieldu f’din id-dinja.” – Norman Borlaug.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks