F’Sibtek li jmiss, se jkunu mistiedna personalitajiet Maltin li tant kienu ta’ ispirazzjoni għal ħafna nies.

Dawn huma Stephanie Agius, Kyle Gatt, Odessa Green u Kevin Charles Micallef.

F’dan il-programm se jkun hemm ukoll logħba ġdida bl-isem ta’ IKOLLI u Ma JKOLLIX!

Il-prank calls li tant qed ikunu mistennija mit-telespettaturi ta’ Sibtek, mhumiex se jonqsu.

Bħal dejjem, il-mużika waqt Sibtek se tkun kollha kemm hi live flimkien ma’ Christian Arding.

Sibtek, il-programm divertenti b’sorpriżi kbar, ippreżentat mill-koppja favorita ta’ ħafna, Ryan u Josmar, se jżommlok kumpanija mill-12:15 ‘l quddiem, fuq TVM.

U allura mhux ovvja! Ma tistax titlef Sibtek ta’ nhar is-Sibt li ġej!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks