“Mulej, grazzi talli tajtna lill-mummy.” Dan huwa l-kliem li lissen iben Bernice Cassar fil-messaġġ tiegħu waqt il-funeral ta’ ommu li sar aktar kmieni llum fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Filep, f’Ħaż-Żebbuġ.
“Mummy, nirringrazzjak ta’ kull ħaġa li għamilt magħna u nitolbuk skuża ta’ meta m’obdejniekx. Inħobbuk ħafna għal dejjem. Ħarisna mis-sema.” temm jgħid iben Bernice, fost iċ-ċapċip u l-emozzjonijiet ta’ dawk preżenti fil-knisja.
Filwaqt li kkwota l-messaġġ ta’ iben Bernice, il-psikologu Nicholas Briffa qal li din il-mewta traġika tħeġġiġna biex inkomplu nedukaw dwar id-differenza bejn relazzjoni tajba u relazzjoni tiswija, bejn imħabba u pussess/kontroll, bejn meta għandek tipprova tirranġa l-affarijiet (tippersevera) u meta għandek iżżarma.
Le għall-vjolenza! Tolleranza żero għal kull tip ta’ kontroll.
Huwa sellem lil Bernice u ta l-kondoljanzi lil uliedha u lill-familjari u ħbieb kollha tagħha li “sal-qabar se jkollhom iġarrbu l-kesħa tan-nuqqas traġiku tagħha.” żied jgħid.
Fakkar ukoll in-numri 179 u 112 (emerġenza Pulizija)
F’isem it-tim ta’ Skoperta, inwasslu l-kondoljanzi tagħna lill-familja, ħbieb u dawk kollha qrib.
Insellmulek Bernice!
