Id-demm jintuża għal firxa kbira ta’ kundizzjonijiet.
L-ewwel għat-trabi u t-tfal żgħar tal-NPICU (eks-SCBU). Matul il-fejqan tagħhom dawn kultant jirċievu d-demm bħala trattament.
Jeżistu każi oħra meta mara, wara li teħles, titlef ħafna iktar demm milli mistenni, bil-konsegwenza li jkollha tingħata d-demm minnufih biex tiġi kkumpensata l-emorraġija.
Tfal, adolexxenti u adulti jiġu bżonn id-demm, jew prodotti oħra maħruġa minnu, bħala parti mill-kura kontra l-kanċer.
Ammont sostanzjali ta’ demm jintuża wkoll għall-operazzjonijiet maġġuri, fosthom tal-qalb, tat-tirojde, skoljożi u ħafna oħrajn.
Id-demm jintuża wkoll għall-vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku, kif ukoll dawk ta’ fuq il-post tax-xogħol.
Ftakar li meta tagħti d-demm, tista’ tkun qed issalva ħajja, għaldaqstant inħeġġuk biex jekk tista’, tmur u tagħti d-demm u jekk għal xi raġuni ma tistax, jekk jogħġbok, xerred dan l-artiklu.
